Tork ta’ 23 sena, residenti s-Swieqi, li ġie f’pajjiżna tliet ijiem ilu sabiex jistudja l-Ingliż, inżamm arrestat mixli li nhar it-28 ta’ Ġunju, stupra Brażiljana f’appartament fis-Swieqi.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti ntqal li l-allegata vittma ċemplet lill-Pulizija tal-għassa ta’ San Ġiljan, fejn qalet li kienet għadha kemm ġiet struprata.
Ġie spjegat kif il-Pulizija marru fuq il-post minnufih u l-imputat ġie arrestat.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest. Din it-talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni hekk kif il-vittma ghadha ma xheditx, ix-xhieda jgħixu fl-istess appartament miegħu, kif ukoll għall-fatt li huwa m’għandu ebda rabta ma’ pajjiżna u b’hekk hemm il-biżà li jaħrab minn Malta.
Kien għalhekk li l-Qorti ċaħdet din it-talba u l-imputat inżamm arrestat.