Fi Brussell, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iltaqgħet mal-President-elett tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa u l-Prim Ministru tal-Estonja Kaja Kallas, li hi l-kandidata għar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Barranija u s-Sigurtà.
Din il-laqgħa informali saret ftit sigħat wara li ntlaħaq qbil bejn il-mexxejja Ewropej waqt is-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. Fost il-mexxejja Ewropej preżenti għas-Summit tal-Kunsill Ewropew kien hemm il-Prim Ministru Malti, Robert Abela.
AQRA AKTAR: