Raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi miet wara li ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq Manuel Dimech, San Ġiljan.
im mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.