It-team nazzjonali malti tal-Basketball tal-irġiel kiseb l-ewwel rebħa mill-Kampjonat għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa meta l-erbgħa filgħaxija għeleb lil San Marino 92-52.
Immexxija mill-kowċ Duncan Fenech il-maltin kienu dominanti u sa nofs il-logħba kellhom vantaġġ ta’ 46 għal 17.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Samuel Deguara kien l-aħjar skorer għal Malta b’26 punt.
Fl-ewwel logħba l-bieraħ Malta tilfet bl-iskor ta’ 89-81 kontra Ġibilta’.
L-aħħar logħba minn Grupp A tkun għada l-Ħamis kontra Andorra fis-19:30.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/06/26191813/449156839_881755153992984_4220744886403438715_n-1024x1024.jpg)