Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta jixtieq iħabbar il-parteċipazzjoni tiegħu f’avveniment multikulturali organizzat mill-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar nhar il-Ħamis, 4 ta’ Lulju, fil-Ġnien tas-Serenità, Santa Luċija. Kemm l-adulti kif ukoll it-tfal huma mistiedna jgawdu din l-esperjenza tal-kultura Ċiniża.
L-attivitajiet li ser ikunu ppreżentati miċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina jibdew fid-9:00am fil-Kamra tat-Te, fejn ser ikun hemm workshop tal-kalligrafija u ċerimonja tat-te. Dawn is-sessjonijiet se jerġgħu jsiru fil-11:00am għal dawk li ma jistgħux jattendu aktar kmieni.
Fl-10:00am, waqt il-waqfa bejn dawn iż-żewġ sessjonijiet, il-pubbliku jista’ jiskopri l-ġrajja sensazzjonali tas-Suldati tat-Terrakotta u jara prestazzjonijiet ta’ żfin u mużika Ċiniża.
Din l-attività ser issir fis-sala tal-wirjiet faċċata tal-vaska fejn jinsabu żewġ repliki tas-Suldati tat-Terrakotta li ngħataw lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija s-sena li għaddiet bħala ġest ta’ ħbiberija mill-Amministrazzjoni Muniċipali ta’ Xi’an għall-Kultura u t-Turiżmu.
Għal aktar informazzjoni, tista’ tibgħat email fuq events2024ccc@gmail.com