Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jirritorna għal-London Design Biennale, fl-2025, did-darba bil-proġett magħżul ta’ URNA.
URNA huwa proġett innovattiv li jesplora s-suġġett affaxxinanti u distintiv ta’ kremazzjoni. Din il-proposta perfettament tiżemplifika u twaħħad l-innovazzjoni fid-disinjar u l-kreattività. Din hija idea kuraġġuża, stimulanti, u ta’ konsegwenza li tmur lil hinn mill-idea ta’ sempliċi “arti”.
Dan huwa disinn għall-komunità u jisfida l-istatus quo fuq id-dfin, filwaqt li joffri soluzzjoni li hija kemm poetika, intellettwalment stimulanti, u ambjentalment immersiva. Din għandha sservi ta’ punt ta’ tluq għal ħafna diskjussjoni relatata.
URNA tintroduċi ritwal għal mod kif jiġu trattati fdalijiet umani, u tantiċipa l-adozzjoni tal-kremazzjoni fil-Gżejjer Maltin u tivviżjona dan bħala proċess kulturalment sinifikanti. Dan il-proġett jirridefinixxi l-kolombarju, l-ossarju, u l-wake sabiex terġa’ tistabbilixxi l-mewt bħala ċerimonja sinifikanti li mhux mgħobbija b’sinifikaturi mhux neċessarji.
Il-kollaborazzjoni tal-periti, disinjaturi, kuraturi, u diretturi tal-arti ħarġet bl-idea ta’ kostruzzjoni ġeometrika li tuża ħaġar partikolari, komuni li jakkumola matul iż-żmien u li jifforma l-lingwa tiegħu stess.
Dawn il-moduli sferiċi, b’forma universali, jinkorporaw fdalijiet kremati, u b’hekk jipposjedu l-konnessjoni tal-individwu mar-realtà aktar wiesgħa kożmika u jevolvu permezz ta’ interventi tanġibbli li jistiednu interpretazzjonijiet kulturali varji.
Għal dan il-proġett, tim multinazzjonali ġie kkumpilat: Il-kuratur/perit Andrew Borg Wirth; Il-perit/disinjatur Anthony Bonnici; il-perit/disinjatur Tanil Raif; id-Direttur tal-Arti Matthew Attard Navarro; il-fotografu Anne Immelé; Stephanie Sant, produttur tal-films u l-perit żagħżugħ Thomas Mifsud