Nhar il-Erbgħa 3 ta’ Lulju, waqt xandira diretta fuq ONE nsiru nafu minn ser jirrrapreżentana fl-akbar konkors tas-sbuħija -Miss World u għalhekk se nsegwu lil Martine Cutajar, ir-rebbieħa tas-sena l-oħra ċċedi l-kuruna.
Din hija s-27 Edizzjoni li Modelle International minn mindu inagħtat lilhom il-liċenzja minn Miss World Jersey Ltd, fejn ta kull sena ilaqqgħu 25 kontestanta, minn diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex
Il-kontestanti, li kollha ġew ġġudikati fuq il-personalita’, ser narawhom jimmudellaw ilbiesi eleganti, fejn umbgħad jintagħżlu tnax. Lil dawn narawhom jiġu ġġudikati fuq il figura tagħhom permezz ta’ malji tal-għawm, biex finalment naraw l-aħħar sitt finalisti jgħaddu l-messaġġ tagħhom.
Il-ftuħ tas-serata ser ikun f’idejn Kurt Calleja u Kevin Paul Calleja filwaqt li s-serata ser tkun mmexxija mill-preżentaturi Keith Demicoli u Sarah Bajada
Dawk kollha preżenti ser jaraw kollezzjonijiet tal-aħħar moda minn Shubette, Raja & Co. Chelsey’s, Gis’el Couture, Colcci u Intimate swimwear.
Sue Rossi u Claudia Calleja, l-organiżżaturi ta’ dan l-avveniment huma sodisfatti ħafna wara xhur ta’ ħidma mill-protagonisti ta’ nhar il-Erbgħa li ġej. Huma jirringrazzjaw lill-isponsors uffiċċjali u lil Visit Malta.
Din is-serata ser tkun qed tixxandar dirett fuq ONE fid 9pm min Forti Sant Iermu, u qed tiġi organizzata minn Modelle International, esklussivament liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd.