Mark Mallia se jkun il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Fi stqarrija mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal kif Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Liġi u fil-Business Management u ġej minn karriera wiesgħa fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta’ responsabbiltà.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa kompla l-karriera tiegħu fl-amministrazzjoni pubblika bi tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi.
F’ittra ġiet ppubblikata, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Glenn Micallef tal-ħidma bla heda tiegħu, li wasslet għal riżultati pożittivi għal pajjiżna. Dr Abela qal li jħares ’il quddiem lejn aktar ħidma minn Glenn Micallef għall-ġid ta’ Malta.