It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo U16 temm l-impenji tiegħu fis-17-il post waqt il-Kampjonat tad-Dinja li qed isir f’pajjiżna. Dan hekk kif it-Tnejn filgħaxija, fil-Pixxina tal-Kottonera, rebaħ l-aħħar logħba tiegħu ta’ klassifikazzjoni għas-17 u t-18-il post kontra Iżrael bl-iskor ta’ 11-8. Suċċess kbir għall-pajjiżna hekk kif it-team żagħżugħ tagħna spiċċa fis-17 -il post minn fost 32 team minn madwar id-dinja!
Wirja oħra pożittiva u ta’ karattru miż-żgħażagħ maltin immexxija mill-kowċ Jonathan Valletta, b’mod speċjali fit-tieni parti tal-logħba.
Iżrael bdew tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iksor ta’ 4-2. It-tieni sessjoni intemmet fi draw ta’ 2-2. Il-maltin wettaqu reazzjoni qawwija fl-aħħar żewġ sessjonijiet. It-tielet sessjoni ġiet mirbuħa mit-team malti bl-iskor ta’ 4-2, bil-maltin jirbħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bi skor ta’ 3-0.
Il-goals għal Malta waslu minn: Shailon Cutajar Casha (3 goals), Sean Mifsud, Sam Engerer, Max Lanzon (2 goals), Miguel Cassar, Philip Tabone (1 goal).
(Photo Credit: Timmy Cutugno)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/06/24181633/448886216_17927622698906227_2102870264469919344_n-1024x1024.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/06/24181648/448892676_17927624036906227_4135988167491195445_n-1024x683.jpg)