Sirjan ta’ 19-il sena weġġa’ gravi wara li sab x’ diffikultà waqt li kien qed jgħum.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fil-bajja ta’ St Peter’s Pool, ġewwa Delimara limiti ta’ Marsaxlokk.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li s-Sirjan qabeż jgħum u ġarrab xi ġrieħi.
Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.