Tard il-Ġimgħa filgħaxija ġew rrapurtati nirien li ħakmu Wied Fulija fiż-Żurrieq. Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma tat-tifi tan-nar.
Minħabba l-kobor tal-post u d-daqs tan-nirien fuq il-post waslu numru kbir ta’ vetturi tat-tifi tan-nar u kif ukoll pumoiera.
Permezz ta’ stqarrija fuq Facebook il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli qalet li għadu mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien. Ħabbret ukoll li minnufih l-Wasteserv se tkun qed terġa’ tirrijabilita l-partijiet li ġew affatwati min-nirien.