F’diversi nħawi tal-pajjiż dehret daħna kbira fis-smewwiet minħabba nirien li ħakmu dgħajsa fix-Shipbuilding tal-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart tal-lejla, meta daħlet it-talba għall-għajnuna lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Fuq il-post kien hemm diversi pumpiera u vetturi tat-tifi tan-nar, li wettqu operazzjoni b’vetturi speċjalizzati biex jikkontrollaw in-nirien.
ONE News jinsab informat li l-yacht li qabad kien hemm għat-tiwsija fil-boatyard fuq l-art u kellu engine fire. Il-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili qed iżommu d-dgħajjes l-oħra taħt għajnejhom biex ma jaqbdux xi inġenji oħra.