Il-Partit Nazzjonalista bagħat e-mail b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista. Iżda l-attachment li suppost kellu miegħu, jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid juri trasparenza, ma kienx hemm. Dan għax l-invoices tad-DB group baqgħu mhux ippublikati. Minflok Simon Busuttil wieġeb “It’s rich li l-Partit Laburista jitkellem dwar il-finanzjament tal-partiti.”
Il-Partit Laburista sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, biex jippubblika l-invoices illegali u jwieġeb jekk għandux negozjanti oħra li qed iħallsulu aktar pagi fil-Partit Nazzjonalista.
Iżda minkejja dan, Simon Busuttil baqa ma wieġeb għal ebda mistoqsija dwar l-iskema pagi PN u baqa’ ma ppubblika xejn dwar din is-sitwazzjoni llegali li tikser artiklu 39 tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Dan hekk kif il-liġi tgħid b’mod speċifiku li jekk donazzjoni tkun aktar minn €7,000 is-sors għandu jkun ddikjarat. Wieħed irid jiftakar li l-Partit Nazzjonalista għandu l-aktar żewġ kariġi għoljin mħallsin minn DB Group u dan ukoll imur kontra l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti maqbula mill-kamra tar-rappreżentanti.
Iżda quddiem dan kollu Simon Busuttil ma ta ebda tweġiba.