Raġel ta’ wieħed u sittin sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kellu inċident bil-mutur li kien qiegħed isuq fiċ-Ċirkewwa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni ħabat mal-barrikati u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar.
Dwar il-każ ġie nformat il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici, li ħatar inkjesta. Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.