Raġel ta’ disgħa u għoxrin sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara inċident bejn mutur u karozza fir-Rabat.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu, meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma, u karozza tat-tip Mercedes li kienet wieqfa fit-traffiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie nċertifikat bi grieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.