Żewġ uffiċjali tal-LESA, mara ta’ 51 sena u oħra ta’ 52 sena weġġgħu wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-ilbieraħ waranofsinhar fi Vjal Santa Luċija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħrarriġ irriżulta li vettura tas-servizz tal-LESA ħabtet fil-barikati tat-triq. F’din il-vettura kien hemm żewġ uffiċjali nisa.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Hawnhekk il-mara ta’ 52 sena, li kienet passiġġieri fil-karozza weġġgħet gravi, waqt li x-xufiera ta’ 51 sena weġġgħet ħafif.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.