Fil-kapitali Indjana, Delhi, għaddejja mewġa qawwija ta’ sħana li wasslet lid-domanda għall-elettriku biex tilħaq it-tmint elef, sitt mija u sebgħa u erbgħin megawatt dil-ġimgħa.
Għal ġimgħat sħaħ, it-temperaturi laħħqu l-ħamsa u erbgħin grad celcius f’Dehli u partijiet oħra fin-naħa ta’ fuq tal-Indja.
L-użu qawwi ta’ apparat li jkessaħ, bħall-ACs, tefa’ pressjoni qawwija fuq ir-riżorsi tal-Gvern, u l-pajjiż qed jesperjenza qtugħ frekwenti tad-dawl f’Delhi.
Ir-rekord tal-kapitali ntlaħaq it-Tlieta, l-għada li n-naħa ta’ fuq tal-Indja rat konsum ta’ disgħa u tmenin elf megawatt.
It-talba għall-elettriku f’Delhi kissret diversi rekords dan l-istaġun, fi żmien li din il-belt qed tikkumbatti wkoll ma’ kriżi fl-ilma.