Turist Amerikan ta’ ħamsa u ħamsin sena nstab mejjet fil-gżira Griega ta’ Mathraki.
Din hija t-tielet mewt ta’ turist f’ġimgħa, f’perjodu ta’ sħana qawwija li hemm fil-Greċja bħalissa.
Aktar kmieni dan ix-xahar, it-temperaturi qabżu l-erbgħin grad celcius, proprju hekk kif beda l-istaġun tal-btajjel fil-Greċja, speċjalment fejn jidħlu bajjiet remoti, siti storiċi u muntanji.
Din il-mewġa ta’ sħana aktar kmieni mis-soltu qed tkun marbuta mal-għajbien u mwiet tat-turisti f’dan il-pajjiż fil-Mediterran, u qed jinxteħet iżjed dawl fuq il-perikli tas-sħana.