Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-Ħadd filgħaxija kien involut f’argument f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq San Edwardu.
Fuq il-post, il-Pulizija sabet lir-raġel mitluq fl-art u bi ġrieħi f’rasu.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma kien involut f’argument ma’ raġel ta’ erbgħa u tletin sena minn Santa Luċija, li qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.