Minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Marzu 2017, se jidħlu fis-seħħ numru ta’ devjazzjonijiet tat-traffiku f’Raħal Ġdid hekk kif se jibda x-xogħol marbut mal-proġett ta’ tisbieħ tal-pjazza mmexxi mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.
Għaldaqstant, it-traffiku ser jigi ddevjat kif ġej:
- It-traffiku fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid se jgħaddi minn korsija waħda fiż-żewġ direzzjonijiet minflok minn tnejn bħas-soltu, jigifieri mit-triq tan-naħa tal-Knisja;
- Minn Triq Ħal Luqa u Triq Ħal Tarxien se jgħaddi lejn Triq Valletta biss; mhux se jkun hemm aċċess għal Triq Bormla u Triq Ħaż-Żabbar;
- Triq Bormla direzzjoni lejn il-pjazza mhux se tkun aċċessibbli;
- Minn Triq Ħaż-Żabbar il-vetturi se jkunu jistgħu jitilgħu għad-direzzjoni ta’ Santa Luċija jew jgħaddu dritt għal Triq Valletta.
- It-traffiku minn Triq Valletta, direzzjoni min-naħa tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin lejn il-pjazza, se jgħaddi kif inhu bħalissa.
Dawn id-devjazzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sa Ġunju 2017 jew sa meta jinħareġ avviż ieħor.
Il-post huwa sit tal-kostruzzjoni u għaldaqstant, Transport Malta appellat biex is-sewwieqa jżommu mal-limitu tal-veloċità u jsegwu t-tabelli u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.