Iljunfant fl-Ażja, fiċ-ċentru tat-Tajlandja, welldet tewmin, f’dak li qed ikun deskritt bħala ‘miraklu’ min-nies tal-lokal, f’każ rari ħafna.
L-omm jisimha Chamchuri u għandha sitta u tletin sena.
Meta welldet l-ewwel iljunfant l-Ġimgħa, l-impjegati fis-santwarju ħasbu li l-ħlas kien lest. Iżda waqt li kienu qed jgħinu l-iljunfant ċkejken iqum fuq saqajh, semgħu ħoss kbir u ndunaw li l-omm welldet it-tieni iljunfant.
It-tieni twelid wassal biex l-omm sabet ruħha f’paniku u l-impjegati saħansitra kellhom iżommuha biex ma tweġġax it-tieni wild. Wieħed mill-ħaddiema weġġa’ f’dan il-mument.
Twelid ta’ tewmin iseħħ biss f’wieħed fil-mija tal-każi tat-tqala tal-iljunfanti, u li jkunu wieħed tas-sess maskili u l-oħra femminili, terġa’ hija xi ħaġa aktar rari, bħalma ġara f’dal-każ.