Jirraportaw Nolan Camilleri u Francesco Borg
Inselmulkom mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, fejn illum huwa l-aħħar jum tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Fil-fatt, illum se jkunu qed jingħaddu l-għadd tal-voti fi 23 lokalità oħra fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Dan wara li n-nies ivvutaw fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda.
Il-lokalitajiet fejn illum se jingħaddu l-voti huma dawk ta’
Is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Mosta,
il-Floriana, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur,
il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa,
San Lawrenz, ix-Xgħajra, Ħal Safi, il-Munxar, il-Birgu,
il-Qala, Ta’ Kerċem u ż-Żebbuġ (Għawdex).
Bejn is-2pm u l-4.00pm bdew jinfetħu l-kaxxi mbagħad inkixfu l-voti wiċċhom ‘l isfel.
Sat-8pm huwa stmat li jkun hemm indikazzjoni tar-riżultat tal-maġġoranza tal-lokalitajiet.
ONE News se jkun qed jaġġornakom b’mod kontinwu b’dak li qed jiġri, fejn bħalissa bdew jaslu l-kandidati u r-rappreżentanti tal-Partiti.
Dan huwa t-tielet u l-aħħar jum, li fih qiegħed jingħaddu l-voti, wara li l-bieraħ il-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza fi tlettax-il lokalità. Fl-ewwel jum tal-għadd tal-voti, il-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta’ kważi 12,000 vot fuq il-Partit ta’ Bernard Grech.
DIRETT:
19:38 – Il-Ħamrun mill-ġdid mirbuħ minn maġġoranza Laburista – Christian Sammut elett Sindku
19:31 – Kunsill Lokali Floriana
Fil-Floriana, minkejja li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti, rebaħ żewġ siġġijiet u l-Partit Nazzjonalista kiseb l-istess ammont ta’ siġġijiet, bis-siġġu li kien baqa’ nkiseb mill-kandidat ta’ Floriana L-Ewwel.
Kandidati Eletti:
Sammut Hili, Sandra (PL)
Haber, Justin (PL)
Holland, Nigel (Floriana l-Ewwel)
Palmier, Justine (PN)
19:25 – Maġġoranza Laburista konfermata f’Ħal Qormi – Josef Masini Vento Sindku
19:21 – Kunsill Lokali Mosta
Fil-Mosta, lokalità oħra missielta li bidlet il-maġġoranza f’elezzjonijiet differenti, tinrebaħ mill-PN.
Kandidati Eletti:
Agius Decelis, Anthony (PL)
Grech, Chris (PL)
Bonnici, Pia (PL)
Abela, Rachel (PL)
Buhagiar, Andre (PL)
Portelli, Chantelle (PL)
Gatt, Joseph (PN) – Sindku
Cassar, Keith (PN) – Viċi Sindku
De Martino, Thomas (PN)
Bayliss, Michaela Ann (PN)
Mallia, Sammy (PN)
Zerafa, Aiken (PN)
Schembri, Charles (PN)
18:59 – John Schembri konfermat bħala Sindku ta’ Ħal Luqa
18:45 – Kunsill Lokali Ħal Għargħur
L-aħħar aġġornament juri kif Ħal Għargħur żamm maġġoranza Nazzjonalista.
Kandidati eletti:
Meli, Mariah (PL)
Fenech, Christopher (PL)
Gauci, Helen (PN) – Sindku
Attard, Francesca (PN) – Viċi Sindku
Hassan, Marilena (PN)
18:32 – Il-PL iżomm il-maġġoranza fil-Gżira u l-PN inaqqas siġġu
18:22 – Kunsill Lokali Naxxar
In-Naxxar mill-ġdid intrebaħ minn maġġoranza Nazzjonalista.
Kandidati Eletti:
Brincat, Marlon (PL)
Gatt, Noel (PL)
Vella, Matthew (PL)
Camilleri, Louis (PL)
Deguara, Christopher (PN) – Sindku
Spiteri, Joseph (PN) – Viċi Sindku
Cuomo, Mary Anne (PN)
Deguara, Mark (PN)
Sciberras, Pierre (PN)
Grech, Godwin (PN)
Muscat, Andrè (PN)
18:19 – Maġġoranza Laburista fil-Kunsill tax-Xgħajra – Neil Attard ikkonfermat Sindku
18:15 – Kunsill Lokali Ħ’Attard u s-Swieqi
Ħ’Attard u s-Swieqi wkoll mill-ġdid intrebħu minn maġġoranza Nazzjonalista.
Kunsill Lokali – Ħ’Attard
Kandidati Eletti:
Caruana, Helen (PL)
Bonnici, John (PL)
Cassar, Ralph (AD+PD)
Cordina, Stefan (PN) – Sindku
Mangion, Alex (PN) – Viċi Sindku
Portelli, Nicole (PN)
Bartolo, Remigio (PN)
Ciantar, Paul (PN)
Musumeci, Martin (PN)
Kunsill Lokali – Swieqi
Kandidati Eletti:
Balzan, Miguel (PL)
Muscat, Noel (PN) – Sindku
Galea Pace, Jordan (PN) – Viċi Sindku
Scicluna, Rowena (PN)
Abela, Mary Anne (PN)
Valentino, Theresa (PN)
Pisani, Anna (PN)
Rossignaud, Edgar (PN)
Vassallo, Lucia (PN)
18:12 – Il-Qala mill-ġdid b’maġġoranza Laburista – Elett Sindku Paul Buttigieg
18:02 – Il-Kunsill tal-Birgu b’maġġoranza Laburista – John Boxall ikkonfermat Sindku
17:58 – Santa Luċija b’maġġoranza Laburista – Charmaine St John eletta Sindku
17:55 – Il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem
F’Kerċem il-Partit Laburista żied il-voti, madankollu intrebaħ mill-Partit Nazzjonalista.
Kandidati Eletti:
Mercieca, Jonathan (PL)
Attard, Frankie (PL)
Azzopardi, Mario (PN) – Sindku
Micallef, Abigail (PN) – Viċi Sindku
Vella, Horace (PN)
17:52 – Il-Kunsill tal-Imtarfa se jitmexxa minn maġġoranza Laburista – Dale Hayman Sindku
17:48 – Il-Kunsill ta’ Ħal Safi b’maġġoranza Laburista – John Mula kkonfermat bħala Sindku
17:46 – L-Isla wkoll mirbuħa minn maġġoranza Laburista – Clive Pulis mill-ġdid Sindku
17:41 – F’Ħal Kirkop il-PL iżid siġġu u issa l-maġġoranza Laburista hi 4-1
17:32 – Kunsill Lokali Siġġiewi
Is-Siġġiewi, lokalità missielta fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fl-2019 fejn id-differenza kienet ta’ 70 vot favur il-Partit Laburista, wara li dejjem tmexxiet minn maġġoranza Nazzjonalista, f’din l-elezzjoni ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista.
Kunsilliera Eletti:
Farrugia, Christopher (PL)
Grech, Dominic (PL)
Pace, Bertu (PL)
Borg, Julian (PN) – Sindku
Cachiam Ryan (PN) – Viċi Sindku
Farrugia, Francine (PN)
Vassallo, Charles (PN)
16:45 – Kunsill Lokali Munxar u Kunsill Lokali San Lawrenz
Il-Munxar, li jinkludi wkoll ix-Xlendi, San Lawrenz u ż-Żebbuġ intrebħu mill-Partit Nazzjonalista.
Kunsill Lokali Munxar
Kandidati Eletti:
Cassar, John (PL)
Spiteri, Damien (PN) – Sindku
Parnis, Carmen (PN) – Viċi Sindku
Farrugia, Ivan (PN)
Busuttil, Mark (PN)
Kunsill Lokali Żebbuġ
Kandidati Eletti:
Cini, Marlene (PL)
Saliba, Nicky (PL)
Saliba, Baskal (PN) – Sindku
Cordina, Daniel (PN) – Viċi Sindku
Portelli, Mario (PN)
Kunsill Lokali, San Lawrenz
Kandidati Eletti:
Galea, Louis (PL)
Grima, Lorenzo (PL)
Formosa, Noel (PN) – Sindku
Cauchi, Clyde (PN) – Viċi Sindku
Hili, Jeremy John (PN)
16:00 – Wiri tal-voti
Jibda t-tieni proċess tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, hekk kif issa beda l-wiri tal-voti. Meta jintemm dan, imbagħad isir l-iscanning tal-voti u wara jibdew jitħabbru r-rirżultati, bl-ewwel tal-lokalitajiet żgħar. Hawnhekk il-partiti jkunu diġà jafu l-maġġoranza fejn sejra f’għadd ta’ lokalitajiet.
15:45 – Daqt jibda l-proċess tal-wiri tal-voti.
Fi ftit tal-ħin oħra, se jibda t-tieni proċess tal-għadd tal-voti fejn se jibdew jintwerew il-voti lill-aġenti tal-Partiti u l-kandidati.
15:00 – Riesaq lejn tmiemu l-ewwel proċess tal-għadd tal-voti
Beda jintemm l-ewwel proċess tal-għadd tal-voti, bil-kaxxi kważi nfethu kollha fuq l-imwejjed. Baqa’ biss ftit lokalitajiet fejn il-voti għadhom qed jinqalbu wiċċhom l’isfel.
Preżenti hawn ukoll il-Kummissarju Elettorali Joseph Camilleri.
14:00 – Jibdew jinfetħu l-kaxxi
Jibda l-proċess tal-għadd tal-voti, fejn bħalissa l-voti qed jinqalbu rashom l’isfel. Għall ħabta tal-4pm imbagħad isiri il-proċess tal-wiri tal-voti lill-kandidati u aġenti tal-Partiti.