Uffiċjali minn kull qasam militari Amerikan għandhom ħafna xi jwieġbu, għaliex instab li kienu qed ixerrdu ritratti ta’ kollegi tagħhom għarwenin.
Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali, dawn qassmu ritratti ta’ nisa fil-marines, jew li kienu fil-marines, permezz ta’ forum li mingħalihom kien privat, imma b’xi mod spiċċaw fuq Facebook.
Dawn il-membri tal-militar qassmu bejniethom mijiet ta’ ritratti simili. Dawk li tellgħu r-ritratti kienu anke jipprovdu dettalji ta’ fejn jinsabu stazzjonati dawn in-nisa. Ħafna mir-ritratti kienu jkunu akkumpanjati minn kummenti li xejn m’huma xierqa. Il-Pentagon qed tikkundanna dan l-aġir u tqisu ‘mhux konsistenti’ mal-valuri tal-militar.