Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għal raġel li ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’Ħal Balzan.
Is-serqa saret kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta minn ħanut li jinsab fi Triq il-Kbira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera – mara ta’ disgħa u erbgħin sena.
Ħadd ma weġġa’ u l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.