L-Għasri l-ewwel lokalità magħluqa – il-PL jirbaħ it-tmexxija tal-Kunsill għall-ewwel darba
Il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba fl-istorja l-maġġoranza fl-Għasri.
Daniel Attard, is-Sindku li fl-elezzjoni tal-2019 ġie elett f’isem il-Partit Nazzjonalista, issa ġie ri-konfermat Sindku iżda f’isem il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista hawn kiseb kważi qrib il-65% tal-voti mixħuta, mal-20% iktar minn ħames snin ilu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista, li tilef il-maġġoranza f’dan il-Kunsill, naqqas il-voti b’madwar 18%.
L-Għasri b’hekk huwa l-ewwel lokalità magħluqa fl-ewwel jum ta’ għadd fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u għall-ewwel darba se jkun immexxi minn maġġoranza ta’ Kunsilliera eletti f’isem il-Partit Laburista.
B’kollox hemm ħames Kunsilliera eletti f’dan il-Kunsill Lokali.
Attard, Daniel (PL) – Sindku
Saliba, Sammy (PL) – Viċi Sindku
Mintoff, Elizabeth (PL)
Mintoff, Emanuel (PN)
Felice Pace, David (PN)