Tifel ta’ 12-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Alamein, Pembroke għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li t-tifel intlaqat minn Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Pembroke.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.