Il-President Franċiż Emmanuel Macron sejjaħ għall-elezzjoni bikrija. Dan wara li fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-partit tal-lemin estrem ta’ Marine Le Pen ġab l-akbar ammont ta’ voti f’din l-elezzjoni Ewropea.
Il-partit estremista ta’ Le Pen ġab madwar 31% tal-voti, li jfisser aktar mid-doppju tal-partit Renaissance, immexxi mill-President Franċiż Emmanuel Macron. Dan hekk kif ġab ftit aktar minn 14%.
Dan se jfisser li l-ewwel rawnd ta’ voti se jsir fit-30 ta’ Ġunju, waqt li t-tieni rawnd ta’ voti fis-7 ta’ Lulju.