Alex Agius Saliba mill-ġdid ġie konfermat bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista, hekk kif qabeż il-kwota indikata mill-Kummisjoni Elettorali għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
F’kumment li ta lill-ġurnalisti ftit tal-mumenti ilu mill-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar qal kif flimkien mal-Membri Parlamentari l-oħra li se jkunu eletti, se jaħdem dejjem favur Malta, kif għamel fl-aħħar ħames snin.
Agius Saliba għandu 36 sena u fl-aħħar leġiżlatura serva wkoll bħala Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej. Speċjalizza fil-liġi Ewropea fl-Università ta’ Malta u serva fir-rwol ta’ President taż-Żgħażagħ Laburisti.
Ma’ Agius Saliba ġiet konfermata wkoll il-kandidata Nazzjonalista Roberta Metsola.