Malta Flimkien għażlet li tagħti s-Saħħa lill-Maltin.
Il-Partit Laburista, immexxi mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, rebaħ l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li saret ilbieraħ is-Sibt 8 ta’ Ġunju.
Din tfisser il-ħames rebħa elettorali għall-Partit Laburista minn daqstant ieħor elezzjonijiet simili, li saru f’pajjiżna mindu sseħibna fl-Unjoni Ewropea għoxrin sena ilu.
Ir-riżultat inkiseb wara kampanja pożittiva tal-Partit Laburista, li damet mas-sitt ġimgħat intensivi bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, b’politika li żżomm kontinwament l-interess tal-poplu l-ewwel u qabel kollox.
Bil-maqlub, il-Partit Nazzjonalista bbaża l-isforzi kollha tiegħu fuq in-negattività tas-soltu.