F’ġurnata sabiħa n-nies qed joħorġu jivvutaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Madwar Malta u Għawdex, fil-postijiet tal-votazzjoni l-andament huwa wieħed mexxej u kollox miexi b’mod organizzat.
In-nies qed jidħlu jivvutaw u joħorġu fi ftit minuti.
L-anzjani u dawk li se jsiefru anki qed jaqbżu l-kju fejn hemm u jkollhom l-għajnuna kollha meħtieġa biex jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom.
Dawk kollha li se jsiefru jridu jipprovdu prova dokumentata biex jaqbżu l-kju biss l-andament tant hu mexxej li kulħadd qed jidħol jivvota u joħroġ mingħajr dewmien żejjed.
L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż diġà vvutaw, bil-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela vvutaw fl-10am fiż-Żejtun.
Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono flimkien mas-Sinjur tagħha, Dr Anthony Spiteri Debono vvutaw ftit wara l-11:30am f’Birkirkara.