Ftit wara l-11:30am, il-President ta’ Malta Dr Myriam Spiteri u żewġha, Dr Anthony Spiteri Debono marru jivvutaw fl-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Tereża fl-Imrieħel.
Il-President ta’ Malta kienet fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż li marru jivvutaw.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-10:00am ivvota l-Prim Ministru Robert Abela u Dr Lydia Abela fiż-Żejtun u f’kummenti mal-midja Dr Abela rrimarka għall-kampanja elettorali li wasslet biex illum il-poplu qed jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.