F’Jum is-Sette Giugno, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrrugia fakkru l-memorja ta’ erba’ ħutna Maltin li tilfu ħajjithom fil-irvellijiet tas-Sette Giugno.
Quddiem il-momument tas-Sette Giugno, fi Pjazza San Ġorġ, stakkament tal-Forzi Armati laqa’ lill-President Spiteri Debono, fejn hemmhekk poġġiet il-fjuri. Hawnhekk ġiet milqugħa min-numru ta’ Maltin u turisti li kienu f’din il-pjazza f’qalb il-Kapitali.
Jakkumpanja lill-President Spiteri Debono kien hemm is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit u membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali.
Qabel din tpoġġew il-fjuri fuq il-monument fi Pjazza San Ġorġ, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u membri tal-Kumitat Festi Nazzjonalo tpoġġew il-fjuri wkoll fuq il-qabar tal-erba’ vittmi fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Fuq il-post kien stakkament mill-Korp tal-Pulizija.