Waqt li fl-aħħar ħames snin, fil-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista ressqu xejn inqas minn 14-il mozzjoni kontra Malta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li Robert Metsola u David Casa kienu hemm għalik.
“Konna hemm għalik fuq livell Ewropew, permezz ta’ żewġ Membri Parlamentari tagħna Ewropej.”
Il-Kap Nazzjonalista Bernard GrechREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-Siġġiewi, Roberta Metsola, li ngħatat prijorita fuq kulħadd, ftaħret li fl-aħħar ħames snin ħadmet mill-qrib fil-miri tagħhom ma’ David Casa, li qam minn postu jsellem lil dawk preżenti.
“Sarraft din il-ħidma flimkien ma’ David Casa.”
Roberta Metsola
Hawnhekk Metsola aċċennat ukoll li b’żewġ Ewroparlamentari Nazzjonalisti ma żammewhomx milli jwettqu l-missjoni tagħhom.
“Delegazzjoni ta’ tnejn ma żammitniex lura.”
Roberta Metsola