Sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, ivvotaw kważi 42% ta’ dawk irreġistrati sabiex jivvotaw illum.
Dan hekk kif matul il-jum tal-Ħamis qed issir il-votazzjoni bikrija, fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali, hekk kif intqal li sas-2pm, ivvotaw 536 persuna minn total ta’ 1,279.
Il-votazzjoni bikrija tal-lum tingħaqad ma’ dawk li saru s-Sibt u t-Tlieta li għadda.
Is-Sibt li ġej, it-tmienja ta’ Ġunju, se jsiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-votazzjoni tiftaħ fis-sebgħa ta’ filgħodu sal-għaxra ta’ filgħaxija.