Il-Pulizija qed tappella għall-informazzjoni dwar persuna li qed tiġi mfittxija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ kaz pendenti li hemm għaddej fil-Qorti, bl-isem ta’ Alexandra Dalmas.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 11/202.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI