F’attività suppost tal-massa tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta, Peter Agius u David Casa nfexxew fis-soltu dagħdigħa kontra l-Partit Laburista.
Peter Agius, li fl-aħħar jiem inqabad f’kontroversja kbira wara li qaleb il-vot tiegħu fuq binja ġebel u saqaf fil-Mosta, li mhijiex abitabbli, ipprova jagħti x’jifhem li din kienet biss xi gidba u m’għamel xejn ħażin, anke jekk il-filmati jikxfuh bil-fatti.
“Nhar it-Tnejn ġew isibuni d-dar tas-Super ONE, imbagħad tellgħu appartament fuqi, li noqgħod f’appartament ġebel u saqaf, imma niżlitli għasel nifqa’ l-bużżieqa ta’ Ramona Frendo, Attard.”
Fl-istess diskors, Agius ftaħar li, permezz ta’ dak li għamel, se jkun qed jivvota fil-lokalità tal-Mosta, li hi lokalità missielta, filwaqt li ħadha qatta’ bla ħabel kontra dawk id-99 persuna fis-Siġġiewi li se jidħlu joqogħdu f’post ta’ akkomodazzjoni soċjali u diġà bdew iġorru fihom.
“Iva Ramona Attard jien se nivvota fil-Mosta.”
Agius iddeskriva lil David Casa bħala patrijott u li jħobb lil pajjiżu. Dan anke, jekk kemm-il darba ċaħad lil pajjiżna fl-istituzzjonijiet Ewropej u fassal mozzjonijiet li jattakkaw lil Malta.
“David Casa jħobb lil Malta u hu patrijott.”
Sadanittant, f’diskors ieħor isteriku, il-kandidat Nazzjonalista David Casa għamilha fatta li s-Sibt li ġej se jiġi elett mill-poplu.
“Jekk irrid nhar it-Tnejn naqbad l-ewwel ajruplan”.