Ġie ffirmat ftehim li permezz tiegħu art li għandha medda ta’ 6,835 metri se tgħaddi b’ċens mingħand SportMalta għand Marsaskala Aquatic.
Dan wara li ġie ffirmat ftehim li ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru responsabbli mill-Isport, Clifton Grima. B’din l-art tinsab f’Dawret il-Kunsill tal-Ewropa, f’Wied il-Għajn u hi l-pixxina, li qabel kienet il-Pixxina Nazzjonali qabel dik f’Tal-Qroqq.
Dan il-ftehim kien possibbli wara li kienet għaddiet riżoluzzjoni fil-Parlament fi Frar li għadda.
Il-Ministru Grima sostna li dan hu pass ieħor fil-ħidma tal-Gvern biex l-ispazji riservati għall-isport fil-komunità jkomplu jikbru u jkomplu wkoll jinħolqu spazji rikreattivi ġodda għat-tfal u għaż-żgħażagħ. Intqal kif din il-proprjetà se tkun għall-użu wkoll tal-Youth Nursery ta’ dan il-klabb.
Kif ġara f’artijiet oħrajn li jgħaddu minn SportMalta permezz tal-Att dwar l-Isport, il-ħlas ta’ ċens jitnaqqas b’95% minn SportMalta bħala sussidju. Il-ħlas taċ-ċens li jitħallas lil SportMalta jitqiegħed f’fond imsejjaħ Sports Fund li huwa amministrat minn SportMalta.
Permezz ta’ dan il-ftehim, se tgawdi komunità sħiħa minn din il-faċilità. Filwaqt li l-isportivi ta’ Marsaskala Aquatic se jkollhom post xieraq fejn jitħarrġu, se tingħata wkoll iktar ħajja lil din il-parti tal-lokalità.