Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu pparteċipa fi breakfast meeting mal-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni , l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donal Tusk.
Fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa kien hemm id-dikjarazzjonijiet tar-Ruma li qed jitfasslu bħalissa dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea. Dan fid-dawl ta’ ċelebrazzjonijiet li se jisru ġimgħatejn oħra f’Ruma b’rabta ma’ sittin sena mit-trattat ta’ Ruma .
Dan mistenni jkompli jiġi diskuss bejn il-mexxeja Ewropej waqt il-Kunsill Ewropew, fl-aħħar jum tas-summit Ewropew.
PM @JosephMuscat_JM at working breakfast with @eucopresident @PaoloGentiloni & @JunckerEU to prepare #RomeSummit on #FutureofEurope pic.twitter.com/muSbO2JAN9
— EU2017MT (@EU2017MT) March 10, 2017