Erbgħin jum ta’ kampanja elettorali mill-Partit Laburista li tasal fi tmiemha llejla fl-MFCC f’Ta’ Qali bil-kunċert mimli spettaklu ‘Together in Concert’ u l-qofol jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Erbgħin jum ta’ attivitajiet sbieħ li fihom spikka l-involviment ta’ kulħadd, minn familji bit-tfal, għal żgħażagħ, anzjani u anki persuni b’diżabilità.
Kampanja mill-isbaħ bit-tema s-Saħħa lill-Maltin li fiha rajna anki ritratti sbieħ ħafna.
Il-fotografu uffiċjali tal-Prim Ministru Gareth Degiorgio ħa mal-47,394 ritratt, li jfisser medja ta’ 1,200 ritratt kuljum.
Mil-lenti tiegħu jgħidilna, “Kull ritratt għandu storja. Kull ritratt ikun għal qalbek iżda jispikkaw l-ilwien bojod u ħomor, id-disponibbiltà tal-Prim Ministru man-nies u l-pożittività li dehret f’kull belt u raħal li mar il-Prim Ministru madwar Malta u Għawdex”, qalilna Degiorgio hu jisħaq kemm iħoss sodisfazzjon li jimmarka din il-kampanja elettorali b’ritratti tiegħu.