Sal-lum f’nofsillejl huwa l-aħħar ċans li wieħed jiġbor id-dokumenti tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, nhar is-Sibt li ġej.
Dawk li għadhom ma ġabrux id-dokumenti tal-voti jistgħu jagħmlu dan illum, il-Ħamis 6 ta’ Ġunju mill-Uffiċċini tal-Kummissjoni Elettorali, fl-eks Trade Fair Grounds fin-Naxxar jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex – għal dawk irreġistrati f’Għawdex.
Dan jista’ jsir mit-8am sas-1pm u mit-3pm sa nofsillejl.
Id-dokumenti tal-vot iridu jinġabru personalment u wieħed irid jippreżenta l-karta tal-identità.
Mingħajr id-dokumenti tal-vot ma tistax tivvota nhar is-Sibt li ġej, f’jum il-votazzjoni, bejn is-7am u l-10pm.