Tlett ijiem qabel l-Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, fid-disgħa tal-lejla se jixxandar l-aħħar dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir bejn il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista Bernard Gech.
Id-dibattitu bejn il-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin se jixxandar illejla fid-9:00 fuq TVM u Radju Malta.
Il-Mexxej Laburista mistenni jkompli jwassal messaġġ pożittiv ta’ partit fil-Gvern li qatt ma waqaf u li lanqas se jieqaf jinvesti biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Ta’ min ifakkar kif fl-aħħar ġimgħat ta’ kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista ma ressaq l-ebda proposta konkreta, waqt li għażel li jkompli jibni fuq il-politika tan-negattività u tal-passat, fl-istess ħin li kien moħħu kif se jagħmel l-attakki u l-gwerer.
Tista’ wkoll issegwi aġġornamenti dettaljati fl-istess waqt tad-dibattitu fuq is-sit one.com.mt.