Ittellgħet ir-raba’ edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol, b’ħamsin siegħa bla waqfien, organizzata minn Fgura United FC b’risq Puttinu Cares. F’din l-edizzjoni, ġiet rreġistrata is-somma rekord ta’ €56,200.
Waqt il-ftuħ tal-maratona, li kienet ippreżentata minn Charline Magro, membru tad-Down Syndrome Malta, sar kick-off bejn plejers ta’ Special Olympics u plejers żgħar ta’ Fgura United FC. Minbarra l-plejers tan-nursery tal-klabb, diversi kumpaniji u entitajiet tal-Gvern, aċċettaw it-talba li jieħdu sehem fil-maratona. Għoxrin persuna, li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ukoll ingħataw permess jagħtu sehemhom.
Dawn l-inizjattivi saru biex ta’ bilħaqq kulħadd ikun jista’ jilgħab logħba futbol għal kawża ġusta.
Fi tmiem ta’ din il-maratona, ġiet ippreżentata wkoll donazzjoni f’isem dawk kollha li ħadu sehem, li anke wriet kif din il-manifestazzjoni soċjali mhux biss ippermettiet lill-klabb jiġbor flus għal Puttinu Cares, iżda wkoll biex jinħoloq iktar għarfien u involviment mill-membri vulnerabbli fis-soċjetà.
Dan hu wkoll il-messaġġ konsistenzi li il-klabb Fguri jemmen li l-futbol jista’ jintuża għall-isforz kontinwu lejn soċjetà ġusta.