Fiż-Żejtun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela elenka l-ħidma b’saħħtiha li saret mill-Gvern immexxi minnu.
“Erġajna bl-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, irreġistrajna surplus f’April, erġajna naqqasna l-inflazzjoni, ħallasna mill-ġdid l-għotja ta’ elf ewro lill-first-time buyers. Spiċċajna l-ewwel fazi tal-aġġustament tal-anomalija fil-pensjoni li ħallew ta’ qabilna. Riżultati dawn li tista’ tgħid jolqtu lil kulħadd.”
Il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ma’ dawn, din il-ġimgħa stess, hemm ukoll spazju miftuħ ieħor fil-Kottonera u pjazza għan-nies f’Ta’ Sannat, investiment ta’ sittin miljun ewro minn Baxter biex tkompli tespandi u investiment mil-linja tal-ajru EasyJet biex ikollha l-faċilità tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani f’pajjiżna.
“Riżultati li rnexxielna nibqgħu niksbuhom biss jekk nibqgħu naħdmu magħqudin flimkien. Riżultati li sakemm għandi lillkom miegħi, nibqgħu niksbuhom. La waqfitna pandemija milli niksbuhom ir-riżultati, la waqfuna l-gwerer, la waqfuna l-attakki tal-establishment milli niksbu r-riżultati, lanqas se twaqqafna kampanja elettorali. Għaliex ta kuljum bqajna naħdmu għal Malta l-ewwel u qabel kollox.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dan jikkunstrasta sew mal-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech.
“Ħaddieħor x’għamel din il-ġimgħa? Baħħ. Baħħ assolut. Għax il-messaġġ kollu tagħhom kien idur mal-jum tat-28 ta’ Mejju. Għax m’għandhomx pjan għal pajjiżna. X’differenza. Ara għalina, għalina l-aktar jum importanti huwa dak tas-Sibt li ġej, it-tmienja ta’ Ġunju.”
Il-Prim Ministru Robert Abela