Il-ħarġa tal-lum ta’ Il-Mument, il-gazzetta uffiċjali Nazzjonalista, ippreżentat lit-tmin kandidati tal-PN għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew daqslikieku rappreżentanti lokali għall-festival tal-Eurovision.
Dan hekk kif f’artiklu mifrux fuq żewġ faċċati f’dan l-aħħar tmiem il-ġimgħa qabel l-elettorat juża d-dritt demokratiku tiegħu s-Sibt li ġej, 8 ta’ Ġunju, il-kandidati Nazzjonalisti ppożati mal-Kap Bernard Grech spiċċaw taħt titlu li m’għandu x’jaqsam xejn mal-elezzjonijiet, iżda hu biss relatat mal-festival rinomat annwali tal-kanzunetta popolari.
Dan hu biss eżempju ieħor ta’ kampanja mifnija bit-taħwid fejn il-Partit fl-Oppożizzjoni bilkemm felaħ jgħaqqad ftit proposti bħala manifest. Sintomatiku ta’ partit u kap tiegħu, li għalkemm jitkellmu regolarment dwar il-governanza t-tajba, għadhom lanqas biss sabu rkaptu tal-affarijiet fi ħdanhom.