Diversi persuni mietu minħabba sħana kbira li f-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ħakmet lin-naħa ta’ fuq u ċ-ċentru tal-Indja, b’temperaturi li kull ma jmur qed ikomplu jogħlew.
Minn tal-inqas ġew irreġistrati għaxar fatalitajiet f’wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern.
Qed ikunu rrapportati wkoll imwiet minħabba attakki tal-qalb u puplesiji, fl-istati ta’ Bihar, Rajasthan u Jharkhand, u anki fil-kapitali, Delhi.
Din is-sħana qawwija qed tolqot lill-pajjiż meta fl-Indja hemm l-elezzjoni ġenerali, li r-riżultati tagħha mitennija jitħabbru fl-erbgħa ta’ Ġunju.