Ira Losco għada kif nediet il-music video il-ġdid għat-tielet kanzunetta tagħha mil-album li se toħroġ fi żmien li ġej. Ira Losco għamlet ir-ritorn tagħħa wara tmin xhur ta waqfin bid-diska We Are The Soldiers .
Din hija l-ewwel kanzunetta ta’ Ira wara li irrappreżentat lil pajjiżna ġo Stokholma fil-Eurovision song Contest.
L-erba’ protagonisti f’dan il-vidjo huma Charlene Mercieca, li rebħet il-battalja tal-kanċer, Amy Camilleri Zahra li kellha l-meningitis, il-para-atleta Julian Bajada u atleta tal-ġiri Karl Abela li huwa nieqes mid-dawl.
Ira Losco qalet “id-diska titkellem dwar id-detetminazzjoni li biha nerġgħu nqumu fuq saqajna u naffrontaw il-ħajja, bis-saħħa u r-rieda. Għallekk ridt li nuri erba’ stejjer paralleli ta’ dawn in-nies li tassew huma suldati.”
L-aħħar album ta’ Ira Losco kien ta’ suċċess u anke kiseb interess internazzjonali. Żamm postu fl-ewwel post għal 28 ġimgħat fuq Itunes u kklassifika mal-ewwel għaxar albums fil-klassifika tal-Itunes sa llum, kważi tliet snin wara t-tnedija tiegħu.