B’referenza għar-ritratt li qiegħed jiċċirkola fil-midja, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
(OHSA) fi stqarrija kkonfermat li ħadet azzjoni fl-immedjat.
Kif notifikata bil-każ l-OHSA qalet li ħadet minnufih azzjoni u Uffiċjali milll-Awtorità żaru l-post li jinsab f’Ta’ Xbiex.
Wara l-investigazzjonijiet li saru mill-Uffiċjali, huma nnutaw numru ta’ irregolaritajiet fosthom dawk relatati
ma’ periklu ta’ waqgħat mill-għoli. B’riżultat ta’ dan, l-OHSA ssottomettiet in-notifiki neċessarji biex jiġu
regolati kull nuqqasijiet qabel ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet.
L-Awtorità tfakkar lill-pubbliku li l-aħjar mod ta’ kif tirrapporta kull forma ta’ periklu huwa permezz ta’ kuntatt magħha fuq in-numri tat-telefown 21247677 jew 99496786 (f’każ ta’ emerġenza wara l-ħin tax-xogħol) jew billi tinbagħat email fuq ohsa@ohsa.mt