Il-kandidat Nazzjonalista fi żmien Simon Busuttil, Kevin Cassar u d-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg bagħtu ittra mimlija attakki kontra l-Partit Laburista.
Kevin Cassar, li fl-ilmenti li jiftaħ u jitlef sew minnhom quddiem l-Awtorità tax-Xandira, jargumenta li hu mhux parti mill-Partit Nazzjonalista, iffirma ittra konġunta ma’ Buttigieg taħt il-kappa tal-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista ta’ San Ġwann.
Huwa ffirma bħala resident il-Kappara.
Fl-ittra ta’ Kevin Cassar, ħaten Beppe Fenech Adami u li jitkellem fl-attivitajiet ta’ Repubblika, ingħad appell biex il-Partit Laburista ma jitħalliex jirbaħ l-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
Kiteb li pajjiżna wasal fix-xifer.
Kevin Cassar mhux l-ewwel darba li kiteb kontra l-Laburisti.
Huwa kien kwota sondaġġ tal-MaltaToday, li qal li juri li l-inqas edukati fil-pajjiż jappoġġjaw lill-Partit Laburista.
Fuq dak li rrapporta fattwalment ONE News dwaru, Kevin Cassar kien fetaħ ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir.
Ilment li tilef ukoll u ma ngħatax raġun.
Dan filwaqt li Albert Buttigieg reġa’ kien fl-aħbarijiet fl-aħħar jiem meta ma riedx li nsaqsuh fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa, tema li l-eks Sindku Ġiljaniż hu kontra u qal li għandha tinqata’ l-kaċċa.