Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem f’Tournament Internazzjonali ġewwa Tirana l-Albanija organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali (UWW). Ħadu sehem diversi pajjiżi fosthom, L-Italja, Kazakhstan, Moldovja, Rumanija, Australia, Albanija u oħrajn. Ta’min jgħid li l-Albanija, l-Awstralja u l-Kazakhstan ħadu sehem b’lottaturi li f’Awissu li ġej ser jieħdu sehem fl-olimpjadi ġewwa Pariġi u użaw din il-kompetizzjoni bħala preparazzjoni.
Gary Giordimaina rebaħ midalja tal-bronze fil-57kg meta wara li tilef kontra lottaturi mill-Kazakhstan, Abzal u Dias, hu għeleb lit-Taljan Carmine Caiazza bil-punti, fejn Gary beda wkoll minn taħt iżda għamel rimonta konvinċenti biex ħareġ rebbiegħ. Din kienet it-tieni darba f’dan it-tournament fejn Gary irnexxielu jirbaħ midalja. Gary ġie preżentat il-midlja tal-Bronze mill-President tal-Federazzjoni Maltija Lotta, Pierre Cassar.
Fil-Karegorija 74kg, Nico Zarb kellu kumbattimenti kontra, Chermen Aliev (ser jirrapreżenta l-Albanija fl-Olimpjadi) Luca Finizio – Italia, Assetov Dhozan – Kazakhstan u Vasile Diacon- Moldovja. Għalkemm ma rebaħx huwa kellu kumbattimenti tajbin fejn speċjalment kontra t-Taljan kien viċin li jieħu rebħa. Iż-Żewġ lottatuti kienu assistiti mill-coach Nazzjonali Jesmond Giotdmaina. Bħala tim, Malta spiċċat fi-seba’ post minn 11 il-pajjiż. Din il-parteċipazzjoni ma kienetx tkun possibli li mhux għall-għajnuna mingħand il-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.
Parti mit-tim Malti kien kompost ukoll mill-President Pierre Cassar fejn dan kellu laqghat importanti mar-rapreżentanti Taljani u Albaniżi bi ħsieb li t-tim Malti ikollu taħriġ barra minn Malta.
Ir-Refreree internazzjonali Abraham Vassallo kien inkarigat minn wieħed miż-żewġ mit-tapiti fejn ukoll irrefja diversi finali, fosthom tac-Champion Ewropew tal-57kg, l-Albaniż Abakarov. L-Avveniment li jmiss għat-tim Malti ser ikun f’nofs Ġunju, Citta di Sassari, ġewwa Sardegna l-Italja.