Kif qal il-Prim Ministru iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Gvern fi stqarrija qal li jilqa’ t-talba għal skrutinju tal-Awditur Ġenerali fuq it-trasferiment ta’ art fejn illum hemm is-sit tal-ITS fil-bajja ta’ San Ġorġ.
Il-Gvern spjega li l-proċess kien wieħed trasparenti mill-bidu u, saħansitra, għall-ewwel darba ddaħħlet kumpanija tal-awditjar ta’ reputazzjoni internazzjonali, Deloitte, biex tagħti l-valur tas-sit in kwistjoni.
Dan kien proċess bla preċedent biex jiġi stabbilit standard li għandu jinżamm dwar kif tiġi valutata art tal-Gvern.
Aqra aktar: Busuttil jibgħat għand l-Awditur Ġenerali l-ftehim li kien involut fih De Marco